Politika Dwar il-Cookies

Il-Kummissjoni hija impenjata li tkun kompletament trasparenti u tipprovdilek l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-cookies meta żżur dan is-sit web. Aħna nistinkaw biex ma niġbru l-ebda informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm inti tipprovdiha volontarjament permezz tal-formoli online.

X’inhi cookie?
Cookie hija biċċa data żgħira li websajt titlob lill-brawżer tiegħek biex jaħżen bħala kordi ta’ test fuq il-hard disk tal-kompjuter tiegħek. Il-cookies kollha huma ssettjati b’dati ta’ skadenza li jiddeterminaw kemm idumu jgħixu fuq il-brawżer tiegħek. Ġeneralment, il-cookies jistgħu jitneħħew awtomatikament wara li tiskadi d-data ta’ skadenza jew inkella jistgħu jitħassru manwalment mill-utent.

Liema tipi ta’ cookies juża dan is-sit web?
Dan is-sit web jagħmel użu miż-żewġ tipi differenti ta’ cookies li ġejjin:

Cookies ta’ sessjoni: dawn huma cookies temporanji li jintużaw biex jagħtuk aċċess għall-kontenut ta’ dan is-sit web.  Dawn it-tipi ta’ cookies jiskadu u jitħassru malli tagħlaq il-brawżer.

Cookies limitati ta’ partijiet terzi: dawn il-cookies huma stabbiliti minn entitajiet li mhumiex dan l-Uffiċċju u jistgħu jkunu temporanji jew persistenti. L-użu ta ‘cookies ta’ parti terza fuq dan is-sit huma ristretti u permessi biss għall-iskop ta ‘qsim soċjali (jippermettilek li taqsam l-artikli tagħna permezz tad-diversi netwerks tal-midja soċjali) u meta nintegraw il-kontenut fuq il-paġni ta’ dan is-sit web minn siti web oħra ta ‘partijiet terzi.

Kif nista’ nħassar jew niddiżattiva l-cookies?
Jekk il-brawżer tiegħek MHUX ikkonfigurat, awtomatikament, biex jimblokka l-cookies kollha jew ċerti, inti tista’ tikkonfigura manwalment il-brawżer tiegħek biex jew tirrifjuta l-cookies kollha jew tikkontrolla liema cookies huma ssettjati fuq l-apparat tiegħek permezz ta’ dan is-sit web.

Id-diżattivazzjoni tal-cookies ta’ dan is-sit mhux se taffettwa l-esperjenza tal-ibbrawżjar tiegħek.

Skip to content