Libertà tal-Informazzjoni

Deskrizzjoni tad-dipartiment/direttorat/struttura tal-entità
l-kummissjoni hija magħmula minn President, żewġ Membri u segretarju full-time li jintgħażel mill-Prim Ministru

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tad-dipartiment/direttorat/tal-entità
Il-Kummissjoni għandha l-awtorità li tinvestiga kwalunkwe allegazzjoni ta’ korruzzjoni

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti li għandhom id-dipartiment/direttorat/entità (inklużi dokumenti eżentati)
Il-PCAC għandu d-dokumenti relatati mal-inkjesti u l-investigazzjonijiet tiegħu. Minbarra ż-żamma tal-minuti tal-laqgħat, dawn mhumiex pubbliċi

Deskrizzjoni tal-manwali kollha u tat-tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida li skonthom jittieħdu deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-membri tal-pubbliku (inklużi korpi korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom)
Il-PCAC jimpjega persuna waħda biss, bħala full-time fil-kapaċità ta’ Segretarju, li tintgħażel mill-Prim Ministru

Dikjarazzjoni tal-informazzjoni li jeħtieġ li tkun disponibbli għall-membri tal-pubbliku li jixtiequ jiksbu aċċess għal dokumenti uffiċjali mill-awtorità pubblika, liema dikjarazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-uffiċjal jew l-uffiċjali li lilhom għandhom jintbagħtu talbiet għal tali aċċess,
Dettalji ta’ Kuntatt tal-Uffiċjal FOI:
foi.mfj@gov.mt

Dettalji tal-Proċedura tal-Ilmenti Interni
Applikant li t-talba tiegħu għal informazzjoni tiġi rrifjutata, jew li b’xi mod ieħor ma jkunx sodisfatt bl-informazzjoni pprovduta, il-format tagħha jew l-estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tintlaħaqx jew le, jista’ jindirizza lment lill-Ministeru. L-ilment għandu jiġi indirizzat lill-Uffiċjal Prinċipali tal-FOI tal-Ministeru għall-MJR, li għandu jressaq l-ilment għall-attenzjoni tal-uffiċjal responsabbli (jiġifieri l-aktar uffiċjal anzjan fid-dipartiment). L-uffiċjal responsabbli għandu jwieġeb lill-applikant fi żmien 10-il jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-ilment. L-applikant għandu jiġi infurmat ukoll li jista’ jappella d-deċiżjoni jew inkella jindirizza lment lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data f’konformità mal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni (Kap. 496 tal-liġijiet ta’ Malta). L-uffiċjal responsabbli għandu jinforma lill-applikant bid-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-ilment tiegħu, u fil-każ ta’ konferma ta’ deċiżjoni li ma tiġix rilaxxata l-informazzjoni pertinenti, għandu jispjega r-raġunijiet għal dan. Kull meta l-ilment tal-applikant ikun relatat mal-format tal-informazzjoni pprovduta jew ma’ estensjoni tal-iskadenza għas-sottomissjoni tan-notifika li tindika jekk talba tintlaħaqx jew le mill-Ministeru, u d-deċiżjoni oriġinali tiġi kkonfermata, l-applikant għandu jingħata spjegazzjoni dwar għaliex l-ilment tiegħu ma jistax jiġi indirizzat b’mod pożittiv. Applikant jista’ wkoll jagħmel użu mill-Proċedura għall-Ilmenti Interni biex jirrapporta nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenzi jew biex jibgħat notifiki.

Informazzjoni Oħra
Formoli ta’ Talba u Ilment jistgħu jiġu aċċessati minn www.foi.gov.mt permezz ta’ e-ID jew bl-użu tal-formola online; jew bil-posta elettronika.
Pagamenti fi flus kontanti jew ċekk jistgħu jsiru fit-Taqsima tal-Kontijiet (MJR) Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni (MJR).

Sigħat tax-Xogħol:
Xitwa: It-Tnejn sal-Ġimgħa: 07:45 – 12:30 u 13:15 – 17:15
Sajf: It-Tnejn sal-Ġimgħa: 07:30 – 13:30

Dettalji ta’ Kuntatt tal-Awtorità Pubblika
Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni